Barranin
L-Istati Uniti b’missjonijiet fl-ispazju

L-Istati Uniti għal darb’oħra fl-ispazju b’missjonijiet li jibdew mill-Istati Uniti. In-NASA, l-Aġenzija Spazjali Amerikana ilha ma ttajjar missjonijiet minn fuq art Amerikana wara li fl-2011 waqqfet il-missjonijiet tas-Space Shuttles. Ir-rocket tal-kumpanija SpaceX reġa’ fetaħ il-bibien għal dawn il-missjonijiet kmieni dalgħodu. Il-kapsula Dragon ta’ madwar ħames metri tul, telqet mill-Kennedy Space Center fi Florida. Għada mistennija tilħaq iċ-ċentru spazjali Amerikan fejn hemmhekk ikomplu jagħmlu t-testijiet tagħhom fuq il-kapsula żewġ astronawti – waħda Amerikana u ieħor Kanadiż.

In-NASA tat kuntratt lil SpaceX tal-biljunarju Elon Musk li jlaħħaq is-$7 biljun biex tibni rocket u sistema ta’ kapsuli spazjali, li jippermettu lill-Amerikani jibdew il-missjonijiet spazjali tagħhom mill-Amerka stess. Sal-lum wara li twaqqfu l-missjonijiet tal-Ispace Shuttles, l-Istati Uniti kienu jagħmlu użu mis-sistemi Russi.