Barranin
L-Istati Uniti, Franza u r-Renju Unit jattakkaw lis-Sirja

Attakk ta’ darba fuq is-Sirja fetaħ beraħ il-gwerra diplomatika bejn ir-Russja u s-Sirja fuq naħa u l-Istati Uniti, Franza u r-Renju Unit fuq in-naħa l-oħra. F’attakk mill-baħar u l-ajru u mmexxi mill-Istati Uniti, is-Sirja ġarrbet il-qilla tal-bombi bi tpattija għall-attakk ta’ bħal-lum ġimgħa, meqjus bħala attakk b’armi kemikali, f’Douma u li fih inqatlu mal-40 ruħ pajżana. Il-koalizzjoni tal-punent sejħet l-attakk bħala neċessarju filwaqt li r-Russja kkundannatu u s-Sirja sejjħitlu bħala attakk brutali u barbaru.

Missjoni kompluta – dan kien it-tweet tal-President Amerikan Donald Trump wara l-attakk kmieni fl-għodwa dalgħodu fuq qagħdiet militari fis-Sirja. Huwa qal li l-attakk kien preċiż u laqat il-miri tiegħu.L-attakk immexxi mill-Istati Uniti u li fih ħadu sehem Franza u r-Renju Unit tħabbar Donald Trump f’indirizz lin-nazzjon.

Donald Trump qal li “we are prepared to sustain this response until the Syrian regime stops its use of prohibited chemical agents. I also have a message tonight for the two governments most responsible for supporting, equipping and financing the criminal Assad regime: To Iran and to Russia, I ask, what kind of a nation wants to be associated with the mass murder of innocent men, women, and children?”

L-attakk kellu miri speċifiċi. F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Pentagon, il-Ġeneral Joseph Dunford qal li ġew attakkati faċilità fejn issir riċerka xjentifika f’Damasku allegatmaent marbuta mal-produzzjoni ta’ armi kemikali u bioloġiċi; u żewġ imħażen f’Homs fejn jinħażnu l-armamenti. Skont stqarrija tal-Ministeru tad-Difiza Russu ngħad li mill-ewwel stħarriġ ma kienx hemm vittmi fl-attakki – la fl-armata u lanqas pajżana.

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li l-attakk kien f’postu u skont il-liġi.

Theresa May qalet li “As I discussed with President Trump and President Macron, it was a limited, targeted and effective strike with clear boundaries that expressly sought to avoid escalation and did everything possible to prevent civilian casualties. Together we have hit a specific and limited set of targets.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Franċiż Jean-Yves le Drian wissa’ b’iktar attakki kontra s-Sirja jekk il-gvern ta’ Bashar al-Assad jerġa’ juża l-armamenti kemikali.

Il-President Russu Vladimir Putin ikkundanna l-attakk immexxi mill-Istati Uniti u sejjaħ għal-laqgħa t’emerġenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Meta tkellem fil-Kremlin huwa qal li l-azzjonijiet tal-Istati Uniti fis-Sirja huma katastrofi umana li se tkompli titfa f’baħar ta’ tbatija lis-Sirjani li diġà qed ibatu żżejjed. Huwa wissa’ wkoll li l-azzjoni militari dgħajjfet ir-relazzjonijiet internazzjonali.

Reazzjonijiet imħalta mill-Amerikani li segwew l-indirizz lin-nazzjon ta’ Donald Trump.

Cheryl Des Vignes qal li “of course not. I mean, we already have enough problems in the world and then, yeah, ‘let’s just go and start a war’. Like, no, probably not the best decision. The US, UK and France have bombed multiple government targets in Syria in an early morning operation targeting alleged chemical weapons sites.”

Is-Sirja kkundannat l-attakk kordinat bejn l-Istati Uniti, Franza u r-Renju Uniti u sejħitlu bħala wieħed brutali u barbaru.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Spanja, tkompli titqanqal tanqtlet diskussjoni kbira dwar il-liġijiet kontra l-vjolenza domestika wara li raġel ta’ 50 sena qatel lill-martu u waqt li ħareġ bil-parole qatel ukoll lill-avukata tiegħu li…

Barranin

Fil-Polonja, eluf ta’ nies attendew il-funeral tas-Sindku ta’ Gdansk Pawel Adamovicz li nhar il-Ħadd inqatel b’daqqiet ta’ sikkina waqt li kien qed jieħu sehem f’attività ta’ karità biex jinġabru l-fondi…

Barranin

Waħda min-nisa li weġġgħu fl-inċident li kien involut fih id-Duka ta’ Edinburgh, il-Prinċep Philip qalet li minn dejjem xtaqet tiltaqa’ ma’ xi ħadd mill-Familja Rjali. X’aktarx imma qatt ma bassret…

Annimali

Il-kelb li ddomina l-mezzi soċjali Boo miet fl-età ta’ 12-il sena. Is-sidien tiegħu qalu li wara li miet il-kelb Buddy fl-2017, Boo beda jkollu problemi f’qalbu. L-amministraturi tal-paġna tal-kelb fuq…

Aktar