Barranin
L-Istati Uniti thedded li timponi mill-ġdid sanzjonijiet fil-Myanmar

L-Istati Uniti heddet li timponi mill-ġdid sanzjonijiet fil-Myanmar wara li l-militar ħa kontroll tal-pajjiż u arresta lill-mexxej Awng San SU CHI (Aung San Suu Kyi) flimkien ma’ politiċi oħra, fuq allegazzjonijiet ta’ frodi fl-elezzjoni.

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden wissa li l-Istati Uniti ddikajra li l-Amerika se tkun it-tarka tad-demokrazija u mhux se tħalli r-rieda tal-poplu tiġi mxekkla mill-interessi tal-ftit. F’dan l-isfond stqarr li s-sanzjonijiet li ġew rilassati ftit żmien ilu jinsabu mill-ġdid taħt skrutinju.

Taħt arrest, Awng San SU CHI appellat lill-partitarji tagħha ma jċedux għar-rikatt tal-armata u biex joħorġu jipprotestaw għaliex qalet li l-azzjonijiet tal-armata ta’ Myanmar reġgħu tefgħu lill-pajjiż lura fi stat dittatorjali.

Myanmar, magħruf bħala Burma, kien jitmexxa mill-militar sakemm bdew riformi politiċi għad-demokrazija għaxar snin ilu.