COVID-19
L-Istati Uniti jixtru l-provista kważi kollha fid-dinja tal-unika mediċina li titratta l-Covid-19

L-amministrazzjoni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump, xtrat kważi l-provista kollha tad-dinja tal-mediċina Remdesivir. Il-mediċina hija l-ewwel waħda approvata mill-awtoritajiet fl-Istati Uniti sabiex tintuża biex tittratta pazjenti bil-Covid-19. Il-mediċina ssir mill-kumpanija Amerikana Gilead Sciences.

Din il-mediċina tgħin lill-pazjenti bil-coronavirus jirkupraw aktar malajr. Stqarrija mid-Dipartament tas-Saħħa Amerikan qalet li Trump għamel ftehim fenomenali ma’ Gilead għal 500,000 doża ta’ din il-mediċina li jammontaw għal 100% tal-produzzjoni kollha ta’ Gilead f’Lulju, 90% tal-produzzjoni f’Awwissu u 90% tal-produzzjoni f’Settembru.

Intant il-Korea t’Isfel bdiet tagħti lill-pazjenti fil-pajjiż, mill-provista tagħha ta’ Remdesivir. Il-provista tal-Korea t’Isfel kienet ingħatatilha b’donazzjoni minn Gilead Sciences u għaddejjin diskussjonijiet sabiex il-pajjiż ikun jista’ jixtri aktar provisti f’Awwissu. Mhux magħruf kemm dożi, il-kumpanija Amerikana tat b’donazzjoni lill-Korea t’Isfel.

Il-pazjenti li huma eliġibbli għal remdesivir huma limitati għal dawk li għandhom pneumonia u għandhom bżonn ta’ terapija ta’ ossiġnu. Remdesivir hija mediċina anti-viral li kienet tintuża kontra l-Ebola. Waqt il-provi kliniċi f’diversi sptarijiet madwar id-dinja, ġie ppruvat li l-mediċina tnaqqas is-sintomi tal-Covid-19 minn 15-il ġurnata għal 11.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Għall-ewwel darba minn Marzu l’hawn mindu feġġ l-ewwel każ ta’ coronavirus f’Malta, l-ebda pazjent bil-virus mhu qed jingħata kura fl-isptar Mater Dei. Fl-aġġornament ta’ kuljum kmieni waranofsinhar, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu…

Barranin

Qorti Franċiża ordnat inkjesta dwar il-mod kif il-gvern ittratta r-rispons għall-firxa tal-coronavirus bl-investigazzjoni tiffoka fuq l-ex prim ministru Edouard Philippe. Dan sar wara lmenti li saru minn unions u tobba…

Barranin

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Portugiż qal li l-esklużjoni tal-Portugall mil-lista ta’ pajjiżi fejn il-kwarantina mhix eżenti għall-persuni li jridu jsiefru lejn l-Ingilterra hija assurda. Augusto Santos Silva qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet tal-BBC…

Safar

Malta, Franza, Spanja, l-Italja u l-Ġermanja huma fost il-pajjiżi Ewropej li r-Renju Uniti iqis bħala pajjiżi b’riskju baxx. Tħallew barra pajjiżi bħall-Iżvezja, l-Istati Uniti u l-Brażil minħabba l-għadd għoli ta’…

Aktar