Barranin
L-Istati Uniti jwettqu attakki mill-ajru fuq milizji fis-Sirja

Mas-17-il ġellied huwa mifhum li nqatlu f’attakki mill-ajru fil-lvant tas-Sirja li twettaq mill-Istati Uniti b’ritaljazzjoni għal attakk li seħħ fuq faċilitajiet Amerikani fl-Iraq iktar kmieni dan ix-xahar, fejn persuna mietet u sitta oħra sfaw feruti.

Il-Pentagon qal li l-President Joe Biden approva l-attakk fuq milizji appoġġjati mill-Iran. L-attakk kien deskritt bħala rispons militari proporzjonat li ttieħed flimkien ma’ miżuri diplomatiċi.

Fost il-milizji fil-mira tal-attakk tal-bieraħ, il-Pentagon semma l-Kataib Hezbollah u l-Kataib Sayyid al-Shuhada.