Barranin
L-Istati Uniti se jirtira 2,200 suldat mill-Iraq matul Settembru

L-Istati Uniti se jnaqqas drastikament it-truppi tiegħu fl-Iraq, hekk kif matul Settembru se jirtira mal-2,200 suldat.

Il-Kmandandt fuq il-Lvant Nofsani, Gen Kenneth McKenzie, qal lill-midja li wara Settembru se jkun baqa’ mat-3,000 suldat Amerikan fl-Iraq. Dawn se jkomplu jassistu lill-forzi tas-sigurtà Iraqqini biex jeliminaw l-aħħar ċelloli tal-Istat Iżlamiku.

Ix-xahar li għadda, il-President Amerikan Donald Trump tenna l-impenn li jirtira t-truppi mill-Iraq, hekk kif fl-elezzjoni tal-2016 wiegħed li l-pajjiż kien se jiddistakka ruħu minn “gwerer bla tmiem.”

Il-preżenza tat-truppi Amerikani fl-Iraq kienet saret kontroversjali wkoll wara l-qtil tal-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani f’Jannar li għadda.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar