Barranin
L-Istati Uniti tibda tirtira t-truppi mill-Afganistan

L-Istati Uniti bdew jirtiraw formalment t-truppi tagħhom mill-Afganistan fi żvilupp li l-President Amerikan Joe Biden sejjaħ bħala l-bidu tat-tmiem tal-gwerra dejjiema.

L-Istati Uniti u n-NATO ilhom fl-Afganistan għal dawn l-aħħar għoxrin sena.

Il-proċess tal-irtirar jibqa’ għaddej sal-ħdax ta’ Settembru u qed iseħħ f’kuntest ta’ vjolenza li qed tiżdied bil-qawwiet tas-sigurtà Afgani jinsabu fuq allert qawwi għall-attakki vendikattivi mit-Talebani li wissew li m’humiex marbutin iżjed b’xi ftehim biex ma jwettqux attakki fuq truppi internazzjonali.