
Barranin
L-Istati Uniti tilħaq in-nofs miljun mewta kawża tal-Covid
Fl-Istati Uniti issa tilfu ħajjithom 500,071 persuna kawża tal-Covid-19, biex b’hekk baqa’ fil-quċċata fil-lista ta’ mwiet.
Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, f’diskors li għamel biex jimmarka din il-ġurnata sewda, qal li l-imwiet mill-Covid issa qabżu t-total tal-Ewwel Gwerra Dinjija, it-Tieni Gwerra Dinjija, u l-Gwerra tal-Vietnam maqgħuda.
L-Istati Uniti baqa’ wkoll fil-quċċata fl-ammont ta’ każijiet, bi 28.1 miljun persuna nfettata.
Biden qal kif huwa importanti li l-pajjiż jibqa’ magħqud, u jibqa’ jobdi r-restrizzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa.