Barranin
L-Istati Uniti timponi sanzjonijiet fuq ir-Russja

L-Istati Uniti imponiet sanzjonijiet fuq ir-Russja wara li ddeterminat li ntużat sustanza tossika kontra l-eks spija Russu Sergei Skripal u bintu Yulia, f’Marzu li għadda.

Din il-mossa tħabbret mill-Awtoritajiet Amerikani l-Erbgħa filgħaxija.

Sergei u Yulia Skripal instabu mitlufa minn sensihom fuq bank f’Salisbury, fl-4 ta’ Marzu. Wara ġimgħat ta’ kura intensiva, it-tnejn irnexxielhom jirkupraw.

Kelliema għad-Dipartiment tal-Istat Amerikan qalet li s-sanzjonijiet kontra r-Russja mistennija jidħlu fis-seħħ fit-22 t’Awwissu. Min-naħa tagħha, ir-Russja dejjem ċaħdet l-involviment tagħha f’dan il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Awstralja

Għaxar ministri Awstraljani offrew ir-riżenja tagħhom wara li l-Prim Ministru Malcolm Turbull rebaħ b’marġini żgħira vot ta’ fiduċja wara sfida għat-tmexxija mill-Ministru tal-Intern u membru tal-partit tiegħu stess Peter Dutton….

Barranin

L-artisti tal-mument inġabru fir-Radio City Hall ta’ New York għall-MTV Video Music Awards f’serata li offriet wirjiet memorabbli minn Madonna, li matulha tat ġieħ lill-artista Aretha Franklin b’riflessjonijiet personali dwar…

Barranin

Chiara, tifla ta’ 8 snin, għexet b’miraklu wara t-traġedja li laqtet bosta nies f’park f’Calabria. It-tifla belgħet ammont kbir ta’ ramel u tajn u tinsab taħt xokk qawwi. Hija nstabet…

Barranin

Fuq il-midja soċjali kienu jidhru bħala familja perfetta, iżda traġedja li laqtet lil din il-familja l-ġimgħa l-oħra kixfet realtà għal kollox differenti. Ir-raġel fl-Istati Uniti li qed jiġi akkużat bil-qtil…

Aktar