Barranin
L-Istati Uniti tniedi cyber-attack fuq is-sistema tal-armamenti Iranjana

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti nedew cyber-attack fuq is-sistema tal-armamenti Iranjana.

Skont rapporti Amerikani, l-attakk waqqaf is-sistema tal-kompjuter li jikkontrolla l-missili. New York Times irrappurtat li din kienet ritaljazzjoni għal attakki fuq drone Amerikan u tankers taż-żejt.

Il-President Trump qal li l-Amerka imponiet sanzjonijiet maġġuri fuq il-pajjiż. Qal li dawn kienu meħtieġa biex jipprevenu lill-Iran milli jiksbu armamenti nukleari.

It-tensjonijijiet bejn l-Amerka u l-Iran żdiedu wara li s-sena li għaddiet l-Istati Uniti ma baqgħux isegwu ftehim nukleari li kien hemm bejn l-Iran u qawwiet oħra.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja. Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari…

Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte ta r-riżenja tiegħu fis-Senat wara li qal tiegħu dwar il-kriżi li jinsab fiha l-Gvern Taljan F’diskors li dam madwar siegħa, Conte kkritika bl-aħrax lill-Ministru tal-Intern…

Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Aktar