X

L-Istati Uniti twissi b’sanzjonijiet kontra l-Qorti Kriminali Internazzjonali

L-Istati Uniti wissiet b’sanzjonijiet kontra l-Qorti Kriminali Internazzjonali jekk din il-Qorti tipproċedi kontra ċittadini Amerikani. Fil-preżent il-Qorti kriminali internazzjonali f’The Hague qed tikkonsidra li tixli għadd ta’ uffiċjali militari Amerikani dwar allegat abbuż fuq raġel Afgan li kien miżmum mill-qawwa militari Amerikana.

Il-konsulent tas-sigurtà nazzjonali Amerikana John Bolton ddeskriva din il-qorti bħala illeġittima u wissa’ li l-Istati Uniti se tagħmel dak kollu possibbli biex tipproteġi liċ-ċittadini tagħha. L-Istati Uniti hija fost għadd ta’ pajjizi li ma kinux dahlu parti mill-qorti kriminali internazzjonali li kienet twaqqfet fis-sena 2002.

Bolton qal li l-Imħallfin ta’ The Hague mhux jitħallew jidħlu l-Istati Uniti, u li l-fondi tagħhom fl-Istati Uniti se jiġu ssanzjonati, u saħansitra jittieħdu passi legali kontrihom fis-sistema kriminali Amerikana.