Barranin
L-Istati Uniti twissi lir-Russja li se jkun hemm konsegwenzi jekk imut Alexei Navalny

L-Istati Uniti wissew lir-Russja minn konsegwenzi serji jekk l-attivist tal-oppożizzjoni Alexei Navalny imut waqt li qed jinżamm arrestat.

Anki r-Renju Unit,k Franza, il-Ġermanja u l-Unjoni Ewropea esprimew it-tħassib dwar it-trattament tiegħu. It-tobba ta’ Navalny qalu li l-mewt tiegħu hija imminenti jekk ma jingħatax il-kura medika immedjata għall-uġigħ f’dahru u saqajh.