Kurżitajiet
L-istatwa ta’ Cristiano Ronaldo li ħolqot kontroversja sħiħa

L-istatwa fi xbieha tal-attakkant Cristiano Ronaldo f’Funchal, f’Madeira spiċċat imfittxija minn bosta.

Maħluqa fl-2014 mill-iskultur Ricardo Veloza, l-istatwa spiċċat saret ikona turistika. Fiha madwar 2 metri, tiżen aktar minn 800kg u hija magħmula mill-bronż. Iżda l-ewwel ma’ tolqot l-għajn hija parti partikolari tal-istatwa li spiċċat tilfet il-kulur tant spiċċat tintmess min-nies.

Bħalma l-viżitaturi tal-Vatikan imissu saqajn l-istatwa ta’ San Pietru biex jitbierku, donnhom hekk qed jagħmlu l-ammiraturi tal-attakkant tal-Juventus mal-parti intima tal-istatwa.

Tgħid l-istatwa ta’ Cristiano Ronaldo ġġib ir-risq?

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Raġel Amerikan ta’ 60 sena spiċċa b’aħbar li ma kienx qed jistenna meta mar għand it-tabib b’dak li ħaseb kienet xi ħaġa minuri. Ir-raġel kien qiegħed jegħreq għaraq qawwi f’episodji…

Kurżitajiet

Jekk tixtieq dar għall-villaġġjatura, b’veduti tal-kampanja u l-baħar, m’hemmx għalfejn tmur ‘l bogħod ħafna minn Malta. Il-belt ta’ Sambuca fi Sqallija qed toffri din l-opportunità unika f’tentattiv biex tagħti l-ħajja…

Kurżitajiet

Kantant Afgan spiċċa kiseb il-fama waqt kompetizzjoni tal-kant bid-dehra tiegħu. Abdul Salam Maftoon, li jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum billi jkanta fit-tiġijiet u l-festini, huwa fula maqsuma mal-Prim Ministru Kanadiż, Justin…

Aktar