L-istatwa ta’ San Pawl fuq il-gżira tiegħu se tiġi rrestawrata

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr. Edward Zammit Lewis faħħar il-ftehim li ntlaħaq  bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Din l-Art Ħelwa biex ikomplu jtejbu l-kultura Maltija u l-prodott turistiku ta’ l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar.

F’konferenza tal-aħbarijiet, huwa qal li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu se tkun qed tgħin b’mod finanzjaru lil Din l-Art Ħelwa sabiex tiġi rrestawrata l-istatwa ta’ San Pawl li tinsab fil-gżejjer ta’ San Pawl.

Żied jgħid li din il-kollaborazzjoni mhux ser tieqaf hawn għaliex jemmen li l-gżejjer għandhom potenzjal li jiġu żviluppati f’attrazzjoni oħra għal min ikun qed iżur il-pajjiż.

Il-Ministru għat-Turiżmu tenna l-importanza li l-Ministeri l-oħra, jibqgħu jinvestu f’dawn l-inħawi.

Kien f’dan l-isfond li l-Ministeru għat-Turizmu waqqaf Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi sabiex titjieb l-kordinazzjoni u jkun assigurat l-impenn ta’ kulħadd f’dawn iż-żoni.

Il-Ministru Zammit Lewis kompla billi qal li l-prodott turistiku ma jiddependix biss mill-investiment tal-Gvern imma wkoll mil-ħidma u l-isforzi kollettivi tal-operaturi turistiċi, mill-proġetti tal-Kunsilli Lokali u mir-responsabbilità li jieħdu ċittadini fil-ħarsien tal-ambjent u d-dehra ta’ pajjiżna.

Huwa rreferra wkoll għax-xoghol ta’ restawr tal-faċċati ta’ Torri Wignacourt kif ukoll restawr tal-‘beachpost’, li kienet tifforma parti minn strutturi kontra l-invażjoni fi żmien it-tieni gwerra dinjija, li qal se jkun jista’ jibda kif jispiċċa s-sajf.

Il-Ministru semma wkoll l-irwol li għandhom l-għaqdiet mhux governattivi fi ħdan ix-xenarju kulturali u turistiku fil-pajjiż.

Temm jgħid li l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar għandhom rwol importanti fis-settur turistiku u kull ħidma li ssir favur dan is-settur hi ħidma favur l-ekonomija nazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar 24 siegħa ma kien irreġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Fuq Twitter Dr Fearne qal li “għax qbadna…

COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

Aktar