Kurżitajiet
L-istazzjon Melita More jingħata b’xejn – il-finali ta’ Ħbieb u Għedewwa jixxandar dalwaqt

Il-kumpanija Melita ħabbret li fetħet l-istazzjon televiżiv Melita More lill-klijenti kollha b’xejn, biex l-għadd totali ta’ stazzjonijiet li saru disponibbli għall-klijenti b’xejn minn meta bdiet l-imxija tal-Coronavirus issa tela’ għal għaxra.

Il-Melita żiedet tgħid li mit-30 ta’ Marzu se jixxandar l-istaġun finali tad-dramm televiżiv Ħbieb u Għedewwa, li għal bosta staġuni xxandar fuq TVM.

Minbarra Melita More, l-istazzjonijiet disponibbli b’xejn għall-klijenti kollha huma: Disney Channel, Cartoonito, Nick Junior Global u Nickelodeon HD, HGTV, BBC Entertainment, TLC, IDX, u Fox Life.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Televiżjoni u Radju

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm…

Televiżjoni u Radju

Il-Papa Franġisku llejla ser imexxi mument straordinarju ta’ talb mill-Vatikan, fid-dawl tal-pandemija li ħakmet il-pajjiżi madwar id-dinja. Minn Pjazza San Pietru, mingħajr nies preżenti fil pjazza, ser tiġi pproklamata l-Kelma…

Televiżjoni u Radju

Kull bidu għandu tmiem. Il-programm ‘X’sar minnhom’, li minn Ottubru ‘l hawn laqqa’ lit-telespettaturi ta’ Television Malta ma’ għadd ta’ personalitajiet Maltin li f’dawn l-aħħar snin tbiegħdu xi ftit jew…

Aktar