COVID-19
L-istess appelli tal-awtoritajiet japplikaw għal fuq il-baħar

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li dawk il-miżuri li daħħal fis-seħħ il-Gvern jgħoddu wkoll għal fuq il-baħar.

Dan jiġifieri li aktar minn 4 min-nies ma jistgħux joqgħodu viċin ta’ xulxin filwaqt li għandha tiġi rrispettata t-talba biex persuni li ma jgħixux flimkien ma jitħalltux.

Il-Professur Gauci reġgħet tenniet fuq l-importanza li persuni ma joqgħodux viċin xulxin.