Edukazzjoni
L-Istitut għall-Edukazzjoni għadu ma jistax joffri l-kors fil-Malti fil-livell ta’ Masters minħabba li ma nstabitx persuna kwalifikata

L-Istitut għall-Edukazzjoni li jħarreġ persuni biex isiru għalliema, qed isib diffikultà biex joffri l-kors tal-Malti għal dawk li jixtiequ jgħallmu s-suġġett. Il-Kap tal-Istitut Joanne Grima stqarret li l-Istitut għadu ma sabx persuna kwalifikata tal-Malti biex tkun tista’ toffri dan il-kors fil-livell tal-Masters f’dan l-Istitut mad-diversi suġġetti oħra li jiġu mgħallma fl-istitut għall-edukaturi.

Fl-aħħar sentejn, l-Istitut għall-Edukazzjoni li jinsab f’Pembroke, beda joffri korsijiet li jħarrġu nies li jixtiequ jsiru għalliema. L-Istitut joffri korsijiet part time f’livell ta’ Baċellerat u Masters f’suġġetti varji.

Intervistata f’TVAM, il-Kap Eżekuttiv tal-Istitut, Joanne Grima, uriet id-diżappunt li l-Istitut għadu ma jistax joffri l-kors fil-Malti fil-livell ta’ Masters minħabba li ma nstabitx persuna kwalifikata għal dan is-suġġett.

“Jien għalija huwa diqa li hemm fil-Matematika, Xjenza u Ingliż, imma fil-Malti m’għandniex. Għandna bżonn esperti li jikteb l-aħħar żewġ modules f’livell 7 biex ikun jista’ jingħalaq il-kors tal-Malti u jkun jista’ jiġi offrut. Minn hawn nagħmel appell għaliex żgur jeżistu nies li għandhom jew PhD fil-Malti jew inkella Masters u 10 snin esperjenza fis-suġġett.”

Is-Sinjura Grima qalet li l-persuna li tista’ tidħol għal dil-ħidma trid tkun f’kuntatt kontinwu mar-realtajiet tal-klassi. Il-korsijiet il-ġodda l-oħra f’Baċellerat, Masters, Ċertifikat Post Graduate u Diploma Post Graduate se jsiru f’Ottubru li ġej u l-applikazzjonijiet għalihom jinsabu miftuħin.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Politika

Il-gvern fi stqarrija qal li jieħu nota ta’ dak li qalet l-Oppożizzjoni dwar il-ħatra tal-President ta’ Malta u tal-Prim Imħallef. Għall-ewwel darba fl-istorja kostituzzjonali ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru qed ineħħi…

Kurżitajiet

L-arti hija kullimkien anke fis-sengħa tal-barbiera. Mhux biss jaqtgħu x-xagħar, iżda jirnexxielhom bi preċiżjoni u paċenzja kbira jnaqqxu personaġġi famużi fuq il-qurriegħa tal-klijenti tagħhom. Niskopru l-ħila ta’ barbier Marokkin, li…

Aktar