L-istorja tar-rediffusion f’Malta

Rediffusion in Malta, A History without Future, hija pubblikazzjoni riċerkata li tiddokumenta l-istorja tar-Redifission Malta u l-ewwel snin tal-bidla għax-Xandir Pubbliku f’Malta.

Il-pubblikazzjoni hija xogħol Toni Sant li għal bosta snin ħadem fix-Xandir Pubbliku.

Dr Toni Sant għandu warajh karriera twila fix-Xandir. Kien propju minn 26 siegħa ta’ intervisti ma’ protagonisti li ħadmu fix-Xandir pubbliku fosthom Victor Aquilina, Charles Arrigo, Victor Galdes u Carmen Carbonaro flimkien ma’ riċerka li ħadet 25 sena li sawru din il-pubblikazzjoni ‘Rediffusion in Malta A History Without Future’.

Dr Toni Sant ħa sentejn biex kiteb dan il-ktieb li huwa maqsum fi tmien kapitli biex iddokumenta l-istorja ta’ kif żviluppa x-Xandir Pubbliku f’Malta minn żmien l-Ingliżi bil-kumpanija Rediffusion sakemm intemmet it-trażmissjoni bil-cable radio fl-1989 taħt Xandir Malta.

Dr Sant jgħid li l-ktieb huwa l-ewwel wieħed li jirrakkonta l-istorja tax-Xandir Pubbliku bil-lingwa Ingliża u anke għandu sensiela ta’ ritratti mill-Arkivji tal-PBS.

“Ix-Xandir Pubbliku beda fil-Belt Valletta fosthom fejn illum hemm il-Każin tal-Partit Laburista, f’parti minn Vincenti Building u anke Palazzo Caraffa minn fejn kien jixxandar wieħed mill-aktar programm popolari msemmi s-Siegħa tal-Morda. Il-ktieb jispejga kif kienu jintużaw dawn il-binjiet qabel ix-Xandir Pubbliku mexa lejn Gwardamangia u l-iżviluppi li għadda minnhom matul iż-żmien.”

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Lokali

Inqas minn ġimgħatejn bogħod mill-Milied xi ħadd se jkun qiegħed jiċċelebraħ bħala miljunarju hekk kif illejla ntrebħet is-Super 5. Skont il-Maltco, kien hemm biljett wieħed li rnexxielu jaqta’ l-5 numri…

Partit Laburista

F’ċerimonja fuq il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13 il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Fi stqarrija ngħad li l-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar is-sinjifikat ta’ din il-ġrajja…

Lokali

Il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, l-IIP sa issa kkontribwixxa kważi sitt mitt miljun ewro (€582) fil-fond nazzjonali għall-iżvilupp soċjali li twaqqaf apposta u fil-Fond Konsolidat. Fir-rapport annwali maħruġ mill-Uffiċċju li jirregola…

Aktar