Barranin
L-istress iħaxxen

Minbarra l-ikel żejjed li jittiekel u n-nuqqas ta’ eżerċizzju, għadu ieħor tal-ħxuna huwa l-istress.

Meta nkunu ta’ spiss taħt pressjoni, il-ġisem jipproduċi l-cortisol u l-adrenalina, li huma sustanzi li jżidu l-livell taz-zokkor fid-demm jinħażen iktar ix-xaħam, bil-konsegwenza li wieħed jibda jaqbdu iktar il-ġuħ u jinstab rifuġju fl-ikel.  L-istress jikkawża dan iċ-ċirku vizzjuż li huwa diffiċli wieħed jeħles minnu.

X’tista’ tagħmel biex tevita li teħxien bl-istress?

Tajjeb li taċċetta l-problema u tibda tara kif tnaqqas mill-ħafna impenji tal-ġurnata biex ikollok ċans iktar mal-familja u mal-ħbieb.

  • Jeħtieġ li torqod bejn 7 u 8 sigħat kuljum biex tkun tista’ taffronta l-ġurnata u fl-istess waqt tħaddem il-metaboliżmu tal-ġisem aħjar.
  • Twaqqaf l-ansjetà billi ma toqgħodx tinkwieta għalxejn u taħseb dejjem b’pożittività.
  • Importanti li tiekol tajjeb billi tagħżel l-ikel adattat u san billi tiekol 3 ikliet matul il-ġurnata b’ħafna frott u ħaxix, kif ukoll ikel mimli vitamini.
  • Tagħmel l-eżerċizzju billi tiċċaqlaq kemm tista’ anke b’sempliċi mixja jew ġirja bir-rota li jagħmel tajjeb biex itaffi mill-istress.
  • Sib ħin biex timmedita u tqatta’ ħin waħdek tpitter jew iddoqq xi strument u jekk m’għandekx delizzji, tista’ wkoll tmur tiltaqa’ mal-ħbieb biex taqta’ ftit mir-rutina ta’ kuljum.

Dawn huma ftit pariri li tista’ tikkunsidra li ssegwi biex tgħix ħajja aħjar u iktar sana.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-artisti tal-mument inġabru fir-Radio City Hall ta’ New York għall-MTV Video Music Awards f’serata li offriet wirjiet memorabbli minn Madonna, li matulha tat ġieħ lill-artista Aretha Franklin b’riflessjonijiet personali dwar…

Kurżitajiet

Ritratt li qed idur mal-midja soċjali qabad il-mument li ‘vu cumprà’ (kif jissejħu l-bejjiegħa taċ-ċekċik fuq il-bajjiet fl-Italja) jipprova jbigħ iċ-ċekċik lid-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini. Donnu li r-raġel…

Barranin

Chiara, tifla ta’ 8 snin, għexet b’miraklu wara t-traġedja li laqtet bosta nies f’park f’Calabria. It-tifla belgħet ammont kbir ta’ ramel u tajn u tinsab taħt xokk qawwi. Hija nstabet…

Barranin

Fuq il-midja soċjali kienu jidhru bħala familja perfetta, iżda traġedja li laqtet lil din il-familja l-ġimgħa l-oħra kixfet realtà għal kollox differenti. Ir-raġel fl-Istati Uniti li qed jiġi akkużat bil-qtil…

Aktar