Lokali
“L-Istrina trid issir, il-marid m’għandux ġurnata” – Il-President waqt żjara fil-PBS

Il-PBS iffirma ftehim ta’ ħames snin mal-Uffiċċju tal-President, li permezz tiegħu se jkollu rwol ewlieni fl-attività annwali ta’ L-Istrina. dan sar waqt żjara li l-President George Vella għamel fil-binja tal-PBS fi Gwardamanġa, fil-preżenza wkoll tal-Ministru Owen Bonnici.

Iċ-Chairman tal-PBS, Tonio Portughese, qal bħala xandar il-PBS irid jippromwovi r-responsabilità biex titwettaq l-Istrina, bi ftehim li fih l-MCCF huma organizatturi u l-PBS il-produtturi. Qal li l-aħbarijiet ta’ TVM ġieli kellhom 150,000 telespettatur, waqt li fis-sit elettroniku jidħlu mal-130,000 kuljum. Qal li dan juri l-irwol fundamentali tax-xandir pubbliku f’kull qasam tal-ħajja. Spjega wkoll li medja ta’ 44 fil-mija tat-telespettaturi li jaraw stazzjonijiet lokali matul il-ġurnata, jagħżlu l-programmi ta’ TVM.

Il-President George Vella qal li l-PBS għandu rwol informattiv kif ukoll edukattiv. Stqarr li bl-ammont ta’ telespettaturi li għandu wieħed jirrealizza li hemm ‘catchment’ ta’ mħuħ tan-nies li jistgħu jiġu affettwati. Sostna li għalhekk ix-xandir nazzjonali għandu jkun mill-iktar oġġettiv, u qal li n-nies jafu jagħżlu bejn dak li hu veru u min jipprova jqarraq.

Rigward appelli li saru biex fiċ-ċirkostanzi attwali L-Istrina tiġi posposta, il-President qal li din trid issir, għax, fi kliemu, il-marid m’għandux ġurnata. “Inwassal messaġġ li L-Istrina m’għandha x’taqsam xejn ma’ dak li għaddej bħalissa… L-Istrina tgħin lil min għandu bżonn,” qal il-President, waqt li appella biex in-nies jingħaqdu fir-rieda komuni li jgħinu lil dawk fil-bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. L-aġġornament se jixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook ta’…

Aktar