Edukazzjoni
L-istudenti għandhom ikunu esposti wkoll għal-letteratura moderna – Loranne Vella

L-awtriċi Loranne Vella appellat biex l-istudenti ma jistudjawx biss xogħlijiet ta’ awturi tal-passat, iżda jkunu esposti wkoll għal-letteratura moderna. L-awtriċi, li hija r-rebbieħa fil-kategorija tar-Rumanzi fl-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bil-ktieb Rokit, qed taħdem fuq proġett li jgħaqqad sferi artistiċi differenti.

Friska mill-unur fil-kategorja tar-Rumanzi fl-aħħar edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb b’Rokit, Loranne Vella qalet li waqt li huwa importanti li jiġu studjati xogħlijiet ta’ awturi minn epoki differenti jeħtieġ li l-awturi moderni jingħataw l-importanza tagħhom.

Loranne Vella qalet “nagħtu wisq importanza lill-kittieba passati u dawk li qed jiktbu bħalissa, qishom dawn mhumiex importanti u ser isiru importanti jiġu studjati forsi 20/30 sena oħra. Ma naħsibx li hekk għandu jkun għax ħafna mix-xogħlijiet jirriflettu r-realtà tal-lum, il-problemi tal-lum u dak li qed naffaċċjaw.”

L-awtriċi, li fl-aħħar tlettax-il sena ħadmet fi Brussell bħala traduttriċi, qalet li waqt li sar progress notevoli fil-letteratura Maltija, tinħass il-ħtieġa ta’ aktar kritika letterarja.

Loranne Vella qalet “xogħol li jieħu snin biex jinkiteb mhux biżżejjed li jinqara u daqshekk; mill-qarrejja forsi iva imma hemm bżonn li ssir analiżi tax-xogħol li jkun sar biex ikun hemm feedback biex il-kittieb innifsu jkun jaf fejn qiegħed, fl-arti tiegħu; jekk ix-xogħol hux validu jew le”.

Loranne kitbet ġabra ta’ stejjer qosra li mistennija tippubblika f’Verbi: mill-bieb ‘il ġewwa.

Loranne Vella qalet “kull karattru, kull storja teżamina azzjonijiet repettivit bħal pereżempju tomxot xagħrek, tagħmel l-irtokk, tixrob kikra kafè, iżda waq li qed tagħmmilhom – jidhru azzjonijiet mhux importanti qed isir xi ħaġa oħra bħal tiftakar f’xi ħaġa oħra, fil-passat jew fil-futur.”

Iżda qabel ix-xogħol jiġi stampat, l-istejjer qed jiġu interpretati mill-Barumbara Collective, grupp t’artisti oħra Maltin u Ewropej minn sferi artistiċi differenti bħad-drama, iż-żfin, il-fotografija, il-film, id-disinn tad-dawl u l-mużika, u li ħalltu l-arti mat-teatru.

Verbi: mill-bieb ‘il ġewwa qed tittella’ fil-Valletta Contemporary fi tmiem din il-ġimgħa.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed tfittex lil dan ir-raġel filwaqt li qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku. Ir-raġel qed jiġi mfittex fuq allegat każ ta’ stupru. Jekk xi ħadd għandu xi informazzjoni jista’ jikkuntattja lill-pulizija…

Droga

Raġel ta’ 34 sena mit-Togo li ntbagħat il-ħabs wara li pprova jitlaq minn Malta b’passaport falz, instab li kien fil-pussess tad-droga. Is-sejba saret minn scanner tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin malli…

Edukazzjoni

Aktar minn terz tal-popolazzjoni ta’ Ġibiltà għandha għeruq Maltin li jmorru lura għall-emigrazzjoni lejn dan it-territorju Ingliż, fil-punent tal-Mediterran. Dixxendenti Maltin f’Ġibiltà huma rispettati ħafna, b’uħud okkupaw karigi importanti fil-politika,…

Aktar