L-istudenti Għawdxin iridu l-ferrovija

Il-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) qal li jaqbel mal-proposta li jkun hawn servizz ta’ ferrovija. Il-GUG kien qed jirreferi għad-diskors li għamel ilbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni meta kien qed jindirizza l-Parlament taż-Żgħażagħ.

Simon Busuttil qal li biex titnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku għandu jkun hemm servizz ta’ ferrovija li tkun taħdem bejn numru ta’ postijiet f’Malta, kif  ukoll bejn Għawdex u Malta permezz tal-mina.

F’reazzjoni il-GUG qal li jaqbel ma’ din il-proposta fid-dawl tal-fatt li l-Għawdxin qed jaħlu ħafna ħin biex jivjaġġaw kuljum għax-xogħol jew l-istudju. Il-grupp qal li attwalment it-trasport bil-baħar mhuwiex l-uniku sfida tal-Għawdxin, iżda wkoll il-konġestjonijiet tat-traffiku.