Edukazzjoni
L-istudenti tal-iskola primarja tar-Rabat, Għawdex mhux se jiġu trasferiti fi skola oħra – Ministeru tal-Edukazzjoni

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qal li l-istudenti tal-iskola primarja tar-Rabat, Għawdex mhux se jiġu trasferiti fi skola oħra.

Fi stqarrija, il-Ministeru kkonferma li l-proposta li kienet saritlu  biex it-tfal tar-Rabat jiċċaqalqu fi skejjel differenti mhix ser issir.

Qal li sena wara l-oħra l-ministeru baqa’ jżid il-fondi għall-iskola primarja tar-Rabat, inkluż għall-maintenance li fil-fatt baqa’ jsir b’mod regolari. Qal li din is-sena wkoll sar investiment f’outdoor facility ġdida, turf fil-bitħa u  sistema ta’ sigurtà f’din l-iskola.

Intqal li sadanittant, kważi sentejn ilu ġie identifikat sit fejn se tinbena l-iskola primarja ġdida fir-Rabat u li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS), fi ħdan il-ministeru, issottomettiet l-applikazzjoni għand l-awtoritajiet konċernati.

Il-Ministeru qal li bħalissa huma mistennija l-permessi neċessarji biex jinbeda x-xogħol minnufih u li hu preparat biex jibda dan il-proġett ġdid mill-ewwel kif ikollu l-permessi neċessarji.

Temm jgħid li l-ministeru għandu pjanat ukoll laqgħa għall-ġenituri u l-għalliema dwar il-proġett tal-iskola l-ġdida.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Instab mejjet r-raġel Daniż li kien irrappurtat nieqes nhar il-5 ta’ Ġunju li għadda. TVM huwa infurmat li Allan Hartmann-Jensen ta’ 53 sena instab mejjet dalgħodu fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni…

Unjoni Ewropea

Kellu jkun summit li jiddetermina l-ġejjieni immedjat tal-Unjoni Ewropea… għaliex kellu jiddiskuti mhux biss aġenda strateġika b’numru ta’ prioritajiet, iżda possibilment kellu jwitti t-triq għal qbil dwar in-nomini ta’ dawk…

Kronaka

4 persuni ddaħħlu l-isptar għal kura wara inċident tat-traffiku li seħħ ftit wara t-8p.m. TVM huwa infurmat li l-ħabta ‘head-on’ seħħet fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, fl-akwati ta’ Wied…

Unjoni Ewropea

Laqgħa Għolja li qed tiltaqa’ bħalissa fi Brussell tista’ tiddetermina l-ħames snin li ġejjin tal-Unjoni Ewropea. Bil-mexxejja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, qed jiddiskutu mhux biss il-prioritajiet li fuqhom…

Aktar