Edukazzjoni
L-istudenti tal-Liġi jitolbu kumpens wara li eżami sar 7 sigħat tard

L-Għaqda Studenti tal-Liġi fl-Università qed titlob biex l-istudenti fl-aħħar sena tal-kors tal-liġi jingħataw kumpens f’forma ta’ marki garantiti . . . wara li l-eżami li kellu jsir l-Erbgħa filgħodu spiċċa sar 7 sigħat tard għax l-eżami oriġinali kien fih mistoqsijiet dwar suġġetti li l-istudenti kienu diġà ġew eżaminati għalihom fl-ewwel semestru.

Fi stqarrija, l-Għaqda qalet li dan l-episodju, li sejħet bħala “inġustizzja gravi”, wassal biex l-istudenti nħakmu minn stress bla bżonn. L-Għaqda kkuntattjat lill-Fakultà tal-Liġi u qed tistenna risposta.

Fi stqarrija separata, il-Kunsill Studenti Universitarji talab biex issir reviżjoni tal-proċessi kollha biex ikun stabbilit x’mar ħażin f’dan il-każ u x’miżuri se jittieħdu biex din il-kwistjoni ma terġax tiġri. Il-Kunsill appella lit-tmexxija tal-Università biex tikkunsidra li jkollha proċeduri interni biex jindirizzaw kwistjonijiet bħal dawn u ħeġġeg biex l-Università tassigura li każi bħal dawn ikunu evitati.

Kelliem għall-Università, waqt li skuża ruħu, spjega li kull deċiżjoni dwar marki tal-eżamijiet trid tiġi diskussa mal-bord tal-eżaminaturi.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar