Barranin
L-Italja b’aktar miżuri li jissikkaw ir-restrizzjonijiet

L-Italja ħabbret numru ta’ miżuri li se jissikaw ir-restrizzjonijiet hekk kif qed jiżdiedu l-każi ta’ coronavirus.

Il-Prim Ministru Giuseppe Conte qal li l-miżuri huma meħtieġa biex ikun evitat lockdown ieħor. Qal li s-sindki se jingħataw is-setgħa li jagħlqu l-postijiet pubbliċi fid-disgħa ta’ filgħaxija u l-ħinijiet tal-ftuħ tar-ristoranti u d-daqs tal-gruppi se jonqos. Ir-ristoranti jridu jagħlqu f’nofsillejl u fuq il-mejda ma jistax ikun hemm aktar minn sitt persuni.

L-Italja rreġistrat l-ogħla rata ta’ infezzjonijiet f’24 siegħa għat-tieni ġurnata in fila. Il-Ħadd ġew reġistrati 11,705 każ ieħor.