Barranin
L-Italja bl-ewwel każ ta’ kelb pożittiv għall-Covid-19

F’Bari ġie rrappurtat l-ewwel każ ta’ kelb pożittiv għall-Covid-19.

Il-kelb, li huwa tar-razza poodle, jgħix ma’ familja ta’ tliet min-nies; ġenituri u tifel u t-tlieta li huma wkoll jinsabu infettati bil-Covid-19.

L-awtoritajiet ħatru veterinarji li għamlu l-iswab test fuq il-kelb u nstab li anke l-annimal huwa pożittiv għall-virus.

L-awtoritajiet Taljani serrħu moħħ in-nies li minn studji li saru, il-klieb ma jxerrdux il-virus.