Barranin
L-Italja l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-Coronavirus qed jinfirex malajr

L-Italja huwa uffiċjalment l-iktar pajjiż fid-dinja fejn il-virus qed jinxtered b’ rata mgħaġġla, saħansitra iktar miċ-Ċina, minn fejn beda.

Ilbieraħ l-Italja rat żieda ta’ 25% f’każi ġodda ta’ Covid-19, fejn sa dalgħodu kien hemm konfermati 456 każ, fosthom għadd ta’ tfal. Fl-Italja l-vittmi s’issa huma 12. Ir-reġjun tal-Lombardia għad għandu l-ogħla numru ta’ każijiet, fejn dalgħodu kien qed jgħodd 305 każ, segwit minn Veneto b’71 każ u Emilia Romagna b’47 każ.

Dalgħodu d-Danimarka kkonfermat l-ewwel każ tagħha ta’ Covid-19, waqt li l-Ġappun ikkonferma s-sitt vittma tal-virus; anzjan ta’ 80 sena.

X’miżuri qed jieħdu l-pajjiżi kontra l-Covid-19?

Sadanittant, fl-aħħar sigħat, għadd ta’ pajjiżi adottaw miżuri biex iwaqqfu l-imxija tat-tip ġdid ta’ Coronavirus, imlaqqam Covid-19.

Fl-Awstralja, il-Prim Ministru Scott Morrison ħabbar li se jiġi implimentat pjan ta’ emerġenza li se jiffoka biex ikun hemm ħażna adegwata ta’ mediċini u tagħmir protettiv mal-pajjiż. Jistgħu jitħassru wkoll attivitajiet ta’ miġemgħa, bħal kunċerti u logħob, kif ukoll operazzjonijiet żgħar. Barra minn hekk il-barranin miċ-Ċina se jibqgħu jitwaqqfu milli jidħlu fl-Awstralja, li s’issa għandha 23 każ konfermat ta’ Covid-19.

Fir-Renju Unit, l-awtoritajiet ukoll taw dettalji ta’ pjan ta’ emerġenza f’każ li jkomplu jiżdiedu l-każijiet, li s’issa jgħoddu 13. Ħames sptarijiet speċjalizzati ħadu ħsieb il-pazjenti milquta s’issa, waqt li 19-il unit tal-mard infettiv jinsab fuq ‘stand-by’ f’każ ta’ epidemija. Intqal ukoll li xi operazzjonijiet jaf jitħassru.

L-Arabja Sawdija waqqfet il-pellegrinaġġi reliġjużi, 60 jum qabel ir-Ramadan, meta miljuni ta’ pellegrini jżuru Mekka; il-post tat-twelid tal-profeta Mohammed. L-Arbaja Sawdija ħadet din id-deċiżjoni hekk kif każijiet ta’ Coronavirus fil-pajjiżi ġirien tagħha, bħal Oman, Kuwajt, u Bahrain, kienu marbuta ma’ nies li marru pellegrinaġġ fl-Iran.

Fil-Pakistan, li għandu żewġ każijiet konfermati, żewġ reġjuni għalqu l-iskejjel, waqt li ġiet abolita wkoll il-kaċċa ta’ għasafar li jkunu qed ipassu miċ-Ċina.

Ara wkoll:

Il-coronavirus tidħol f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej

Ara kif tista’ tipproteġi ruħek mill-Coronavirus

S’issa l-ebda każ ta’ Coronavirus f’Malta

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Istati Uniti qabżet kull pajjiż ieħor bl-għadd ta’ persuni bil-coronavirus jiskorri it-312,000 waqt li l-persuni li mietu fil-virus fl-Amerika qabżu it-8,500. Il-belt ta’ New York tidher li hija l-epiċentru tal-pandemija…

COVID-19

Fl-Istati Uniti, l-istat ta’ New York qiegħed jitqies bħala l-epiċentru tal-imxija tal-Coronavirus fejn kważi il-mejta kollha irrappurtati f’24 siegħa jaqbżu 630. Fi New York il-każijiet ikkonfermati jlaħħqu 113,000. B’kuntrast in-numru…

Barranin

Żewġ persuni nqatlu u ħamsa sofrew ġrieħi f’attakk b’sikkina fix-xlokk ta’ Franza. Tnejn minn dawk feruti jinsabu f’qagħda kritika. L-attakk, li ġie deskritt mill-Ministru għall-Intern bħala wieħed terroristiku, seħħ fir-raħal…

Barranin

Aktar minn 1,187,900 każ ta’ coronavirus fid-dinja. L-imwiet bil-Covid-19 qabżu l-64,000. Fl-aħħar 24 siegħa fi Spanja mietu 809 persuni bil-COVID-19 filwaqt li ftit aktar minn 7,000 irriżultaw pożittivi għal virus. B’kollox…

Aktar