Barranin
L-Italja tibqa’ bl-ogħla numru ta’ mwiet bil-COVID-19

Għalkemm l-Italja tibqa’ bl-ogħla numru ta’ mwiet bil-COVID19, in-numru ta’ nies mejta baqa’ nieżel ‘l isfel iżda fi Spanja, il-mewt reġgħet qajmet rasha. U fiċ-Ċina għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija f’Jannar, illum ma ġewx irreġistrati imwiet. U fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Boris Johnson għadu jingħata kura intensiva.

Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Boris Johnson jinsab fit-taqsima tal-kura intensiva wara li żdidulu s-simtomi tal-coronavirus. Johnson iddaħħal l-isptar il-Ħadd biex ilbieraħ filgħaxija ddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva ħalli kollox ikun preparat jekk ikollu bżonn li jitpoġġa fuq il-ventilator li jagħti n-nifs lill-ġisem. Anke l-Ministru Michael Gove jinsab taħt kwarantina wara li membru tal-familja tiegħu ħarġulha s-sintomi tal-coronavirus. Sadanattant fl-aħħar sigħat fir-Renju Unit mietu 758 persuna kawża tal-coronavirus u n-numru totali jlaħħaq l-6,170 persuna filwaqt li dawk infettati tela’ għal aktar minn 52,000.

Fi Spanja reġgħu żdiedu n-numru tal-imwiet mill-bieraħ ‘l hawn. Fl-ahħħar sigħat mietu 743 wara li fl-erbat’ ijiem ta’ qabel in-numru ta’ mwiet kien beda jonqos. Iċ-ċifra ta’ mwiet fi Spanja issa qorbot sew l-14-il elf u n-numru ta’ infezzjonijiet laħaq l-140,000 – it-tieni l-ogħla numru fid-dinja wara l-Istati Uniti. L-Italja b’ċifra ta’ 604 mejta fl-aħħar 24 siegħa kompliet tara n-numru ta’ nies mejta kuljum jonqos.

Fi New York kien hemm l-ikbar ammont ta’ imwiet f’ġurnata waħda b’731 persuna jitilfu ħajjithom kawża tal-Covid 19. Issa n-numru tal-mejta tela’ għall-aktar minn 11,600 u n-numru tal-persuni infettati qabeż 370,000 ruħ. Is-Sindku ta’ New York qal li hemm ħtieġa kbira għall-ventilators.

”People needing ventilators has ‘improved a bit’ in recent days.”

“For the first time in many days, we did not see a major increase in the number of ventilators needed in those hospitals yesterday. Very striking. When you go back about two weeks, every day there was a substantial increase, some days more, some days less, but every day there was a substantial increase. We needed more ventilators than the day before, every single day. For the first time yesterday, they were pretty much breaking even.”

S’issa l-persuni infettati bil-coronavirus fid-dinja tela’ għal aktar minn miljun u tliet mija u sittin elf peruna li minnhom tilfu ħajjithom kważi 76,000 ruħ.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-manifattur Ingliż tal-mediċini AstraZeneca rdoppja l-kapaċitajiet ta’ manifattura għal vaċċin potenzjali għal 2 biljun doża bid-distribuzzjoni mistennija li tibda fil-ħarifa. Bħalissa qed isiru l-provi kliniċi iżda s-sid tal-kumpanija Pascal Soriot…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati tliet każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta wara li saru 977 swab test. Sallum saru b’kollox 72,992 swab test. Seba’ persuni oħra ġew iddikjarati mfejqa biex…

Edukazzjoni

Fl-aħħar ġimgħat studenti tal-Kulleġġ tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl kellhom żewġ ħarġiet edukattivi mhux tas-soltu, hekk kif dawn saru virtwalment. Bħala parti mil-lezzjonijiet virtwali li kellhom jieħdu post il-lezzjonijiet fil-klassi…

Aktar