Barranin
L-Italja tiddikjara stat ta’ emerġenza f’Venezja

Wara 48 siegħa jgħixu mumenti mill-aktar drammatiċi, ir-residenti u s-sidien tan-negozji f’Venezja ħadu ftit tan-nifs hekk kif stenbħu f’temp bnazzi u bil-livell tal-ilma inqas mir-rekord ta’ kważi żewġ metri fis-sigħat ta’ qabel.

Mill-banda l-oħra t-turisti lebsin bwiets ikkuluriti dehru jitbissmu u msaħħra bix-xeni li esperjenzaw waqt li bdew jieħdu r-ritratti fi Pjazza San Mark li baqgħet mgħarqa b’aktar minn metru u għaxar ċentimetri ta’ ilma baħar.

Waqt li l-Gvern Taljan iddikjara stat ta’ emerġenza biex fost l-oħrajn ikunu assigurati l-fondi għat-tlestija tal-proġett ta’ lqugħ maħsub li jrażżan l-ilma baħar milli jkompli jgħarraq il-Belt, ħafna mit-turisti ma jemnux li hemm wisq x’jista’ jsir.

“In my opinion I don’t think we can particularly save Venice. I think we should let the natural processes do its thing. If we were going to try to save Venice, perhaps building walls or retaining structures around the outside, of course that’s going to have other implications in different areas.”

”I think it will be a general problem for the future and it will happen again and again and again.”

Turisti oħrajn qalu li riżultat tal-konsegwenzi tal-baħar fieragħ kellhom ibiddlu l-pjani u jżuru bliet oħrajn fil-qrib, filwaqt li b’ħafna negozji magħluqin, it-turisti kellhom sfida akbar biex isibu x’jieklu.

”It was a bit difficult to find food yesterday night because we walked for more than one hour to find a shop open but finally we found it and we appreciate more our food now.”

“All the restaurants were closed and also the shops were closed so our day was spent finding food yesterday so yeah”

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte żar din il-belt fit-tramuntana tal-pajjiż u ddeskriva s-sitwazzjoni bħala daqqa ta’ ħarta kbira lill-qalb tal-Italja. Hu wiegħed l-appoġġ għat-tlestija ta’ proġett kbir kontra l-għargħar imsejjaħ ‘Mose’ li ssemma l-ewwel darba wara l-għargħar tal-1966, inbeda 16-il sena ilu u kellu jitlesta tmien snin ilu. Madankollu, l-proġett spiċċa fiċ-ċentru ta’ bosta skandli ta’ korruzzjoni u issa qed jingħad li se jkun lest sentejn oħra.

Il-proġett ta’ biljuni ta’ ewro jinvolvi t-tqegħid ta’ strutturi kbar fil-periferija tal-Belt biex kif il-baħar jibda jofroħ, jitilgħu mill-ilma u jrażżnu milli l-ilma baħar jibqa’ dieħel ‘l ġewwa u jgħarraq in-negozji, id-djar u s-siti storiċi kif seħħ din il-ġimgħa.

Esperti tat-tibdil fil-klima qed iwissu li din is-sistema xorta mhux se tlaħħaq mal-fenomenu tal-livelli ogħla tal-ilma baħar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

’Il fuq minn 100 qabar fi Franza ġie vvandalizzat bi tpiġija ta’ swastika fuqu; is-simbolu tan-Nażi. L-att vandalu seħħ iktar kmieni din il-ġimgħa f’Westhoffen; villaġġ viċin Strasburgu, fl-istess jum li…

Barranin

Raġel ġie kkundannat 30 sena ħabs, wara li nstab ħati li lura fl-2002, stupra u qatel tfajla fi Franza. It-tfajla, li kellha 24 sena, kienet taħdem bħala maniġer f’bank. Hi…

Barranin

Ġimgħa qabel ir-Renju Unit ikollu Gvern ġdid, il-Partiti politiċi jinsabu għaddejin bil-kampanja elettorali tagħhom. Fl-istħarriġ tal-fehma pubblika, il-Partit Konservattiv immexxi minn Boris Johnson jinsab fuq quddiem, iżda Johnson qiegħed jiffaċċja…

Aktar