Barranin
L-Italja tikkunsidra testendi l-istat t’emerġenza sal-aħħar t’Ottubru

Fis-sigħat li ġejjin, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte mistenni jressaq proposta fil-Parlament biex l-istat t’emerġenza fil-pajjiż, minħabba l-imxija tal-Covid-19, jiġi estiż sal-aħħar t’Ottubru.

Dan kollu qed isir hekk kif nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Lulju jintemm l-istat t’emerġenza b’deċiżjoni li kienet ittieħdet f’Jannar li għadda wara li l-Italja nħakmet mill-virus.

L-estensjoni tal-istat t’emerġenza jġib miegħu restrizzjonijiet bħaż-żamma tad-distanza soċjali u t-tele working fost oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tarbija f’Beirut kienet waslet biex titwieled meta seħħet l-ewwel splużjoni ta’ jumejn ilu, li farrket il-ħġieġ tas-sala tal-isptar. Il-mument inqabad minn missier it-tarbija, li dak il-ħin inzerta qed jiġbed filmat…

Barranin

It-tieni jum wara l-isplużjoni li heżżet il-kapitali Lebaniża, Beirut, fost sens qawwi ta’ xokk u rabja l-poplu kompla jnaddaf il-ħerba li sab ruħu fiha. S’issa mal-160 persuna kienu kkonfermati mejta…

Storja

Ħamsa u sebgħin sena ilu bħal-lum, id-dinja nħasdet. It-Tieni Gwerra Dinjija kienet għadha sejra fil-Paċifiku meta l-Istati Uniti tefgħet bomba atomica fuq Hiroshima u tliet ijiem wara fuq Nagasaki. L-effett…

COVID-19

Franza, Spanja u l-Greċja kien fost il-pajjiżi Ewropej li rreġistraw żidiet rekord tal-każijiet ġodda ta’ coronavirus u nisslu biża’ li din tista’ tkun it-tieni mewġa tal-pandemija fl-eqqel tal-btajjel tas-sajf. F’24…

Aktar