COVID-19
L-Italja tinvestiga jekk il-Mafja infiltratx it-tqassim tal-vaċċini

L-awtoritajiet Taljani qed jinvestigaw biex jaraw jekk il-Mafja nfiltratx it-tqassam tal-vaċċini tal-Covid-19.

Huma jemmnu li l-Mafja qed tieħu vaċċini li suppost kellhom jingħataw lill-vulnerabbli u lill-anzjani biex tagħtihom lil dawk viċin tagħha nkluż qraba u ħbieb.

L-awtoritajiet li jiġġieldu l-Mafja jemmnu li hemm mill-inqas 1,000 persuna li qabżu l-kju ta’ meta kellhom jieħdu l-vaċċin.

Is-Sindku ta’ Corleone fi Sqallija rriżenja wara li ġie żvelat kif ipprova jakkwista b’mod illegali vaċċin għalih u għal sħabu l-kunsillieri.

L-Italja tistma li setgħu ġiet salvata l-ħajja ta’ 8,000 anzjan kieku l-vaċċin ingħatalhom mingħajr dewmien żejjed.