Barranin
L-Italja tirrifjuta bastiment Taljan bl-immigranti

Vapur li jtajjar bandiera Taljana ma tħalliex jidħol fil-portijiet tal-pajjiż wara li abbord kellu għexieren ta’ immigranti.

Il-Vos Thalassa, li jissupplixxi r-riggijiet taż-żejt b’kunsenji, salva mals-66 persuna qrib il-kosta Libjana.

Wara li ma tħalliex jidħol fil-portijiet Taljani, il-bastiment irrikorra għall-Guardia Costiera Taljana.

Il-gvern Taljan waqqaf kull bastiment ta’ salvataġġ milli jidħol fil-portijiet tal-pajjiż f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Iżda l-Vos Thalassa, li huwa bastiment Taljan, ma kienx fuq operazzjoni ta’ salvataġġ.

Dan kien l-ewwel bastiment privat Taljan li twaqqaf milli jidħol fil-portijiet tal-pajjiż wara l-politika dwar l-immigranti.

Il-liġi internazzjonali marittima tistipola li kwalunkwe bastiment li jiltaqa’ ma’ sitwazzjoni ta’ ħajja jew mewt fuq il-baħar għandu joffri l-għajnuna mill-aktar fis.

L-uffiċjali Taljani qalu li l-Vos Thalassa ma kellux għalfejn jintervjeni għaliex il-gwardja kostali Libjana kienet fi triqtha għas-salvataġġ.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Imħallef f’Pennsylvania kkundanna lill-attur Bill Cosby għal tlieta sa għaxar snin ħabs għal attakk sesswali. Cosby ta’ 81 sena ġie kklassifikat bħala predatur sesswali u vjolenti u dan ifisser li…

Barranin

Dan huwa l-mument meta ħaddiema tas-salvataġġ marru jeħilsu lil mara li spiċċat fil-periklu li taqa’ fix-xmara Thames wara li salvat lill-kelb tagħha mill-għarqa. Il-mara kienet qed iżżomm ma’ sellum li…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku wasal fil-kapitali tal-Estonja, Tallin, fl-aħħar ġurnata tat-tour tiegħu fil-pajjiżi Baltiċi. Huwa kien milqugħ fl-ajruport mill-President Estonjan Kersti Kaljulaid. Minbarra laqgħat ma’ uffiċjali tal-gvern u anke kkonċelebra Quddiesa, il-Papa…

Barranin

Fl-Istati Uniti, in-nominat mill-President Donald Trump għall-Qorti Suprema, l-Imħallef Brett Kavanaugh, qal li mhux se jħalli akkużi foloz jitfgħuh ‘l barra mill-proċess tan-nomina. Waqt intervista fuq Fox News, Kavanaugh qal…

Aktar