COVID-19
L-Italja twaqqaf l-għoti tal-vaċċin tal-Astra Zeneca lil dawk taħt is-60 sena

Il-Gvern Taljan iddeċieda li jwaqqaf l-għoti tal-vaċċin tal-Astra Zeneca lil dawk taħt is-60 sena wara li tfajla ta’ 18-il sena mietet wara li ngħatat il-vaċċin.

Min ħa l-ewwel doża issa se jieħu l-vaċċin tal-Moderna jew tal-Pfizer bħala t-tieni doża.

Camilla Canepa mietet ilbieraħ minħabba ‘blood clot’ li żviluppat wara li ħadet il-vaċċin fil-25 ta’ Mejju.

It-tfajla, li kienet tbati minn ċertu kundizzjonijiet, bdiet tħoss l-ewwel sintomi fit-3 ta’ Ġunju.

Il-familja tagħha ddeċidiet li tagħti l-organi tat-tfajla li kienet waħda minn diversi żgħażagħ li wieġbu għas-sejħa biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19.

Id-deċiżjoni tal-Gvern Taljan ittieħdet wara li fil-pajjiż reġa’ qam tħassib dwar dan il-vaċċin.