Lokali
L-ITS bieżla tagħmel il-figolli b’risq il-MCCF

Il-President ta’ Malta żaret l-iskola tal-ITS fl-okkażjoni tal-attività organizzata għall-bejgħ tal-figolli b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Il-President żaret waħda mill-kċejjen tal-ITS biex tosserva kif għaddejjin il-preparamenti tal-istudenti u l-għalliema f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħelu tradizzjonali Malti tal-Għid – il-figolli.

Hija rringrazzjat lill-iskola u l-istudenti tal-inizjattiva li qed jieħdu għat-tieni sena konsekuttiva biex jgħinu lil min hu fil-bżonn.

L-Uffiċjal Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech qal li l-inizjattiva qed tolqot żewġ għasafar b’ġebla waħda – mhux biss qed tgħin lill-ħaddieħor li jinsab fil-bżonn iżda qed tagħti lill-istudenti l-ħiliet meħtieġa fl-istudji tagħhom.

Il-figolli qed jinbiegħu bil-prezz ta’ €7. Tista’ tordna l-figolla billi ċċempel in-numru 2379 3255 jew b’email fuq [email protected]

 

Aħbarijiet Oħra
Politika Lokali

Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar l-inkjesta ta’ Egrant, il-Partit tal-Alternattiva Demokratika qal li l-korruzzjoni mhux faċli li tippruvaha. Il-Kelliem tal-AD, Carmel Cacopardo qal li l-Alternattiva Demokratika dejjem qagħdet lura meta bdew ħerġin…

Politika Lokali

F’konferenza stampa dwar il-każ Egrant, il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li talab lil Dr Simon Busuttil iġorr responsabbiltà politika u jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista. Qal li fid-dawl tal-prinċipji tal-Partit…

Politika Lokali

Id-deputat u l-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li s-sejħa tal-Prim Ministru biex huwa jirriżenja wara l-eżitu tal-inkjesta fuq Egrant hija redikola. L-inkjesta sabet li l-Egrant ma kinitx tal-Prim…

Immigrazzjoni

Jaslu u jinżlu l-art id-19-il immigrant li ġew salvati fl-ibħra Maltin matul il-lejl li għadda. Il-Forzi Armati kienu bieżla dal-lejl b’operazzjoni ta’ salvataġġ wara li dgħajsa li kienu fuqha 19-il…

Aktar