Edukazzjoni
Jiżdiedu bi 84% l-istudenti l-ġodda fl-ITS

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, qal li din is-sena l-istudenti li nkitbu għall-istitut għall-istudji turistiċi, l-ITS, żdiedu b’84% fuq is-sena li għaddiet. Waqt il-ftuħ tas-sena akkademika tal-ITS, il-Ministru ħabbar li din is-sena l-ITS se jkollha sħubija ta’ studju mal-istitut Ducasse fi Franza, li jispeċjalizza fl-arti kulinarja.

Din is-sena l-għadd ta’ studenti ġodda li daħlu għal korsijiet fuq bażi full time fl-istitut kien ta’ 275, biex b’hekk l-ammont ta’ studenti li bħalissa qegħdin jistudjaw f’dan l-istitut huwa aktar minn elf student.

Waqt li indirizza lill-istudenti, l-Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech, qal li 120 student qed jistudjaw f’livell ta’ degree, filwaqt li 25 qed jistudjaw għall-masters. Is-Sur Fenech qal li bi sħubija li qed issir ma’ bosta istituti internazzjonali, l-istudenti tal-ITS, kemm dawk li jistudaw full-time, u dawk part-time, għandhom ċans li jġibu ċertifikat ta’ eċċellenza rikonoxxut fuq livell internazzjonali.

“Min jiggradwa, ITS ċertifikat b’saħħtu, iżda issa mal-Emirates u ma’ top institutions, iċ-ċertifikati se jkollhom iktar valur ogħla,” qal is-Sur Fenech.

Wara li ltaqa’ ma’ bosta studenti, fejn sema’ mingħandhom dwar dak li qed jistudjaw, l-aspettattivi u anki l-aspirazzjonijiet tagħhom, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-mira hi li l-ITS ikun ċentru ta’ eċċellenza fil-Mediterran. Il-Ministru Mizzi qal li l-Gvern se jkun qed jinvesti iktar f’dan l-istutut, fl-istaff u fl-istudenti, hekk kif il-viżjoni hi li sal-2025, Malta tattira iktar turisti b’iktar flus.

L-istitut għall-istudji turistiċi ilu mwaqqaf tnejn u tletin sena, u joffri fost l-oħrajn korsijiet varji fil-qasam tal-ospitalita’ u fl-arti kulinarja, u korsijiet ukoll għall-gwidi turistiċi.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Id-direttur tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali Noel Montebello kkonferma ma’ tvm.com.mt li dalgħodu d-Dipartiment irċieva telefonata dwar kelba li nstabet midruba fis-Siġġiewi u minnufih ħarġet l-ambulanza tal-annimali għaliha. Il-kelba ttieħdet l-isptar tal-annimali…

COVID-19

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-Maltin se jkunu jistgħu jsiefru lejn madwar 19-il pajjiż meta l-ajruport ta’ Malta jerġa’ jinfetaħ għat-titjiriet normali mill-1 ta’ Lulju. Waqt il-programm Insights…

Qorti

Dalgħodu Yorgen Fenech reġa’ deher fil-Qorti biex tkompli tinstema’ l-kumpilazzjoni kontrih fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Is-seduta tal-kumpilazzjoni qed issir għall-ewwel minn meta ġiet posposta minħabba l-Covid-19. Il-każ instema’…

COVID-19

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) sfidat lill-Prim Ministru sabiex jippublika l-istrateġija li biha qed jillaxka r-restrizzjonijiet li ttieħdu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba l-imxija tal-Covid-19. Fi stqarrija l-MUMN qalet li qed…

Aktar