Turiżmu
L-ITS joffri l-ewwel kors f’livell ta’ Masters

Minn Ottubru li ġej, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi se jibda joffri kors f’livell ta’ Masters b’kollaborazzjoni mal-Emirates Academy of Hospitality Management. Dan l-iżvilupp ġie deskritt mill-Ministru Konrad Mizzi bħala pass li jkompli jgħolli l-livell akkademiku fil-korsijiet offruti mill-istitut.

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi se joffri għall-ewwel darba kors f’livell ta’ Masters. Dan se jsir b’kollaborazzjoni mal-Emirates Academy of Hospitality Management.

Iċ-Chairman tal-ITS, Carlo Micallef, qal li l-kors li jwassal għal MBA fl-International Hospitality Management hu miftuħ, kemm għal studenti kif ukoll għal dawk li diġà jokkupaw kariga maniġerjali u jixtiequ jkomplu javvanzaw bl-istudji tagħhom.

“Kemm għal studenti li jagħmlu l-kors kollu kemm hu f’pajjiżna, kif ukoll studenti li jkunu qed jistudjaw f’Dubai, imbagħad jagħżlu li jagħmlu term f’pajjiżna biex jagħmlu wkoll ċertu korsijiet f’pajjiżna, dan huwa żvilupp importanti ħafna li jkompli jgħolli l-livell tal-ITS, il-profil internazzjonali,” qal is-Sur Micallef.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li l-industrija tal-ospitalità trid ħaddiema mħarrġa li jkunu mħejjija biex Malta tattira turiżmu ta’ kwalità ogħla.

“Stati Uniti, South Korea, iċ-Ċina u l-Ġappun, Indja u swieq oħrajn, u qed naħdmu wkoll fuq market segments differenti, fosthom il-MICE, il-conference travel li se jkun importanti ħafna għas-sena d-dieħla,” qal il-Ministru Konrad Mizzi.

L-ITS nieda l-applikazzjonijet għall-korsijiet li se joffri fis-sena akkademika li jmiss. Fl-aħħar sena, l-istitut kellu mad-900 student, terz minnhom barranin. Il-Ministru Mizzi qal li hemm pjani li l-istitut ikollu dormitorji biex jilqa’ aktar studenti barranin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-mexxej Laburista ntlaqa’ wkoll mill-partitarji fil-pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa enfasizza li wara t-12 ta’ Jannar, il-Partit Laburista m’għandux bżonn numri biex juruh is-saħħa tiegħu għax huwa partit li jħoss il-polz…

Lokali

Dalgħodu l-pulizija reġgħet bagħtet għall-eks chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Television Malta jinsab infurmat li dalgħodu l-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi reġgħet interrogat lis-Sur Schembri u tteħditlu wkoll stqarrija….

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-folla li nġabret in-Naxxar fejn qal li ”xogħlna issa li nħarsu ‘l quddiem.” Huwa qal li jinsab kburi b’dan il-moviment u f’dan kollu ”l-aħna akbar…

Aktar