Barranin
L-ittestjar għal dawk li jsiefru lejn ir-Renju Unit għandu jkun faċli u rħis – Johnson

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, qal li jrid li l-ittestjar għall-Covid għal dawk li jsiefru lejn ir-Renju Unit jkun faċli u rħis, bil-għan li l-ivvjaġġar bejn pajjiż u ieħor ikun faċilitat.

Il-Gvern tar-Renju Unit qed jippjana li jerġa’ jippermetti l-ivvjaġġar rikreattiv mis-17 ta’ Mejju li ġej.

Il-kap tal-EasyJet, John Lundgren, kien ikkritika lill-Gvern Ingliż talli kien qed jippjana biex jiftaħ mill-ġdid is-suq tal-ivvjaġġar, l-iktar għax wera dubji kif se jsir l-ittestjar ta’ dawk li jidħlu fil-pajjiż.

B’reazzjoni, Johnson qal li l-Gvern irid jiffaċilita l-proċess tal-ivvjaġġar u fl-istess ħin jassigura li min jidħol fil-pajjiż ma jkunx infettat bil-virus.

Hemm ukoll il-ħsieb li ċertifikat negattiv tal-Covid ikun obbligatorju għal min jivvjaġġa iżda mhux għal min irid jidħol f’bar jew ristorant.

Ara wkoll:

Fl-Ingilterra persuna se tkun tista’ tagħmel 2 rapid tests għall-COVID-19 fil-ġimgħa