Kurżitajiet
L-itwal u l-iqsar

L-itwal u l-iqsar. Żewġ estremi li ltaqgħu flimkien. Sultan Kosen, Tork ta’ oriġini mill-Kurdistan għandu 35 sena u huwa twil tmien piedi u tliet pulzieri. Huwa kunsidrat bħala l-ewwel persuna f’iktar minn għaxar snin li qabeż it-tmien piedi. Kosen li naturalment daħal fil-Guinnes Book of Records, huwa fost l-iktar għaxar persuni twal li qatt għexu.

Huwa ltaqa’ ma’ Jyoti Amge fl-Eġittu, fi żjara organizzata mill-bord tat-turiżmu Eġizzjan. Amge għandha 24 sena u protagonista fis-sensiela American Horror Story. Hija twila biss żewġ piedi. Bħal Kosen, Amge hija wkoll fil-Guinness Book of Records. Huma ltaqgħu maġenb il-piramidi ta’ Giza u mistennija jduru flimkien iktar attrazzjonijiet turistiċi madwar id-dinja.

L-industrija turistiku Eġizzjana sofra ħafna daqqiet f’dawn l-aħħar snin, u ż-żjarat ta’ personalitajiet distinti fiż-żoni turistiċi huma mmirati biex iħajru iktar nies iżuru l-Eġittu.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Il-kantanta Katy Perry u l-attur Orlando Bloom jidher li tgħarrsu f’Jum San Valentinu.  Fuq is-siti soċjali, Perry tellgħat ritratt tagħha ma’ Bloom b’ċurkett f’subgħajha u fl-isfont ta’ ħafna bżieżaq ħomor…

Kurżitajiet

Din hija mistoqsija li ssir lil ħafna speċjalisti tal-ġilda.  Saru diversi studji b’uħud jgħidu li veru u oħrajn juru li m’hemmx relazzjoni bejn iċ-ċikkulata u l-ponot. Ikel rikk fil-karboidrati u…

Kurżitajiet

Bħal-lum, jum San Valentinu, madwar id-dinja jitqassmu mal-50 miljun warda. Mal-ward illum ukoll fl-Istati Uniti jitqassmu mat-8 biljun ċikkulata. F’jum l-imħabba, madwar id-dinja mat-220,000 persuna jipproponu lill-maħbub/a. Għalkemm ħafna jiċċelebraw…

Aktar