Barranin
L-ixjeħ koppja fid-dinja għandha 208 snin

Relazzjoni ta’ mħabba waslet biex koppja tikseb rekord dinji.

Guinness World Records iddikkjarat lill-koppja Ġappuniża bħala l-ixjeħ koppja li għadha ħajja fid-dinja.

Masao Matsumoto ta’ 108 snin, u martu ta’ 100 sena Miyako Sonoda żżewġu 81 sena ilu, nhar l-20 t’Ottubru, 1937.

Flimkien huma jaqdu l-età ta’ 208 snin. Il-koppja għandha 5 ulied, bl-età tvarja bejn 66 u 77 sena.

Minkejja li fil-preżent il-koppja hija l-ixjeħ koppja hija fadlilha ftit biex tkun l-ixjeħ koppja li qatt għexet.

S’issa r-rekord qiegħed għand koppja Norveġiża Karl u Gudrun Dolven li flimkien kellhom 210 snin u 65 ġurnata. Dan wara li Gudrun mietet f’April 2004.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Telgħu għal 43 il-vittmi tat-traġedja li seħħet f’Genova nhar it-Tlieta meta ġġarrfet parti sostanzjali tal-ponte Morandi. Is-Sibt sar il-funeral statali ta’ 19 minn dawn il-vittmi. TVM tkellem ma’ żagħżugħa minn…

Ikel

Restaurant fil-Ġermanja pprojbixxa li jidħlu tfal taħt l-14-il sena wara l-5pm biex l-adulti jieklu fil-paċi. Oma’s Küche, li tfisser il-kċina tan-nanna, ħa din id-deċiżjoni biex il-klijenti li jmorru jieklu, iqattgħu…

Barranin

Meqjus bħala wieħed mill-iktar diplomatiċi ewlenin fid-dinja u l-ewwel Afrikan ta’ ġilda skura li laħaq Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Kofi Annan miet fl-età ta’ 80 sena. Huwa miet l-Iżvizzera wara…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Aktar