Barranin
L-ixjeħ raġel fid-dinja għandu 112-il sena

Skont il-Guinness World Records Emilio Flores Márquez huwa l-ixjeħ raġel fid-dinja.

Mill-Puerto Rico, Emilio Flores Márquez twieled nhar it-8 t’Awwissu, 1908.

Huwa kien it-tieni tifel fost 11-il aħwa. Fit-tfulija tiegħu, huwa ħa ħsieb ħafna lil ħutu. Huwa kien l-ewwel tifel tal-familja u għalhekk kien jgħin ħafna lil missieru fir-razzett.

Huwa żżewweġ lil Andrea Perez u damu miżżewġin għal 75 sena sakemm mietet fl-2010. Huma kellhom erbat itfal u ħames neputijiet. Huwa bużnannu ta’ ħamsa wkoll.