COVID-19
L-iżball ta’ min qal li llum se jkollna 70+ każijiet ġodda

Fl-isfond ta’ rapporti fil-media soċjali li dalgħodu semmew numri ogħla ta’ każi ġodda, kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qalet lil Television Malta li kien hemm 22 immigrant li diġà kienu pożittivi għall-virus u nklużi fl-istatistika maħruġa fil-jiem li għaddew li reġa’ sarilhom it-test il-bieraħ.

Qalet li dawn reġgħu nstabu li għadhom pożittivi għall-virus. Il-kelliema qalet li xi individwi għamlu l-iżball li żiduhom mal-każi ġodda, meta dawn kienu tħabbru diġà.

Il-Ministeru għas-Saħħa ntant appella għar-responsabilità’ u saħaq li m’għandux ikun hemm spekulazzjoni b’numri jew tixrid ta’ aħbarijiet foloz li jallarmaw lin-nies għal xejn. Żied jgħid li s’issa m’hemm ebda pazjent fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.

Il-Ministeru qal li jsiru numru kbir ta’ testijiet hi waħda mill-miżuri l-aktar effettivi kontra l-COVID-19 għax b’hekk tkun tista’ tiżola l-każi pożittvi u tpoġġi kwarantina lil kull min kellu kuntatt magħhom. Sostna li b’hekk jitnaqqas kemm jista’ jkun it-tixrid tal-virus.

Ara wkoll:

49 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn rekord ta’ 2,200 swab test

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar