Barranin
L-iżgħar MP tal-Partit Laburista Ingliż se tagħti nofs il-paga għall-karità

Nadia Whittome ta’ 23 sena hija l-iżgħar deputat li ġie elett fil-House of Commons fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar il-Ħamis li għadda, fejn telgħet minn Nottingham East. Hija iżda ma spikkatx biss minħabba dan il-fattur.

Whittome wegħdet li se tkun qed tagħti iktar min-nofs is-salarju tagħha għall-karità, u li se tibqa’ tagħmel hekk sakemm ħafna ħaddiema vokazzjonali, bħal carers, infermiera u assistenti tal-għalliema, jingħataw żieda fil-paga.

Hija qalet li r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandu jkollhom salarju li jirrifletti dak tal-ħaddiema li qed jirrappreżentaw, u għalhekk se tkun qed tagħti £44,000 fis-sena għal għaqdiet karitattivi u żżomm għaliha £35,000.