Ambjent
‘L-iżjed djar li jisseparaw l-iskart huwa fejn hemm it-tfal’ – il-PM

F’konferenza tal-aħbarjiet dwar it-tindif, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jemmen li l-iktar djar li jisseparaw l-iskart, huwa fejn hemm it-tfal. Qal li dan qed iwassal biex ikollna ċittadini aktar responsabbli.

Kkwota statistika li turi li fi 3 xhur, inġabar skart organiku daqskemm inġabar f’sena sħiħa meta saret obbligatorja. Saħaq li “meta n-nies tfehemhom, ħafna drabi jikkollaboraw.”

Il-Prim Ministru sostna li seħħ konsolidament kbir biex id-direttorat tat-tindif, li sa seba’ snin ilu kien moribond, issa huwa effettiv.

Dan waqt li qal lill-kunsilli lokali, li mhux qed ikun hemm infurzar biżżejjed fil-kuntratti li dawn jagħtu. Saħaq li jekk il-kuntratturi mhux qed jimxu kif sippost, għandha tinġibed l-attenzjoni formalment. Saħaq li mhijiex l-intenzjoni tal-Gvern li jiċċentralizza l-qasam tal-iskart, iżda ma jistax il-Gvern jgħasses xogħol li suppost jagħmlu l-kunsilli lokali.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-ġurnal Times of Malta rrapporta kif f’Settemrbu tal-2018, in-negozjant Yorgen Fenech u l-eks Assistent Kummissarju Silvio Valletta siefru flimkien biex isegwu logħba futbol. Ġie rrappurtat kif Fenech li qed jiġi…

Kultura

Fil-Kapitali se tibda kompetizzjoni mużikali b’differenza hekk kif il-ġurija mhux biss se tivvota għall-aqwa siltiet u prestazzjoniet iżda għall-aqwa vjolin. Matul il-Malta International Violin Making Competition se jiġu ġġudikati 70…

Kisbiet

Charlayne Galea, segretarja f’kumpanija tad-diving ibbażata x-Xlendi, rebħet il-Premju Ħaddiem tas-Sena fil-qasam tat-turiżmu mogħti mill-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu. Matul is-serata ta’ premjazzjoni ġew rikonoxxuti l-aħwa Ġużeppi u George Said għall-kontribut u…

Aktar