Barranin
L-Iżrael jibda jagħti t-tielet doża tal-vaċċin tal-Covid-19 – l-ewwel fid-dinja

Mill-Ħadd li ġej, fl-Iżrael dawk il-persuni li għandhom 60 sena jew fuqhom se jibdew jingħataw it-tielet doża tal-vaċċin kontra l-Coronavirus.

Dan qalu d-Direttur Ġenerali tal-Ministeru tas-Saħħa Iżraeljan, Nachman Ash, li spjega li t-tielet doża se tibda tingħata lil dawk ta’ 60 sena jew aktar li tlaqqmu biż-żewġ dożi tal-anqas ħames xhur ilu.

L-Iżrael huwa l-ewwel pajjiż fid-dinja li se jibda jlaqqam lil niesu bit-tielet doża tal-Covid-19.