Barranin
L-Iżraeljani jibdew jivvutaw f’waħda mill-iktar elezzjonijiet qliel

L-Iżraeljani bdew jivvutaw f’waħda mill-iktar elezzjonijiet qliel li qatt kien hemm matul iż-żmien.

Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu, il-mexxej tal-Likud Party qed jipprova jikseb il-ħames mandat, minkejja li qed jaffaċċja allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, u anki sfida ħarxa mill-avversarju tiegħu, il-ġeneral irtirat Benny Gantz. Huwa mbassar li ebda partit mhux se jirnexxilu jikseb il-maġġoranza fil-parlament, u għalhekk min jirbaħ irid jara kif se jifforma gvern ta’ koalizzjoni.

Il-ġeneral irtirat Benny Gantz, mill-alleanza ċentrista blu u abjad, qed jisfida lil Netanyahu billi wiegħed iktar sigurtà fil-pajjiż, u politika iktar nadifa.