X

L-Iżvediżi jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali

L-Iżvediżi vvutaw fl-elezzjoni ġenerali, fost biża’ li l-partit kontra l-immigrazzjoni, Sweden Democrats ser jissaħħaħ u jikseb madwar għoxrin fil-mija tal-voti.

Meta tefa’ l-vot tiegħu, il-Prim Ministru Stefan Lofven ddeskriva l-partit Sweden Democrats bħala partit razzista. Min-naħa tiegħu l-partit Sweden Democrts li għandu għeruq nażisti qed jiddeskrivi lilu nnifsu bħala partit inklussiv. Skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika, l-ebda partit mhu mistenni li jikseb il-maġġoranza assoluta.

Il-kampanja kienet iddominata mill-kwistjoni tal-immigrazzjoni, u minħabba f’hekk il-partit Sweden Democrats mistennija li jżidu l-appoġġ.