Barranin
L-Iżvezja fost l-inqas pajjiżi fl-UE milquta ekonomikament minħabba l-COVID-19

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel.

Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż waqt il-pandemija l-Iżvezja ġabet riżultati ekonomiċi ferm aħjar minn dawk tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li kienu daħħlu miżuri ferm iktar stretti fejn il-medja tat-tnaqqis ekonomiku fl-Ewropa kien ta’ 11.6 fil-mija.

It-tnaqqis fl-ekonomija huwa l-agħar wieħed f’dawn l-aħħar erbgħin sena.

Spanja kellha tnaqqis ta’ 18.5%, filwaqt li Franza u l-Italja esperjenzaw tnaqqis medju ta’ 13%.

Aħbarijiet Oħra

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 65 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 2,922 swab tests. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li 21 persuna oħra ġew iddikjarati mfejqa, u b’hekk l-ammont…

Anzjana ta’ 72 sena u oħra ta’ 86 sena huma t-tmintax u d-dsatax-il vittma tal-Covid-19 f’Malta. Iktar tard tħabbar li miet ukoll anzjan ta’ 85 sena, li sar l-għoxrin vittma….

Emenda fil-liġi tal-Afganistan se tippermetti li isem l-omm jibda jidher fuq il-karta tal-identità tal-individwu. Din il-bidla hija pass importanti ħafna għad-drittijiet tan-nisa, li ma setgħu jużaw isimhom imkien. Isem il-mara…

Aktar