Barranin
L-Iżvezja tammetti li kien messha imponiet restrizzjonijiet

L-epidemoloġista tal-istat Svediż li kien il-moħħ wara l-politika tal-pajjiż li ma jimponix lockdown, ammetta li kien ikun aħjar kieku l-pajjiż impona restrizzjonijiet sabiex jikkontrolla l-imxija tal-virus.

Għal xhur sħaħ Anders Tegnell iddefenda l-mod li adotta hu filwaqt li kkritika pajjiżi oħra għal-lockdowns li mponew. Iżda l-Erbgħa filgħodu waqt intervista fuq Sveriges Radio, huwa qal li fil-pajjiż mietu wisq nies minħabba l-Covid-19.

L-Iżvezja għandha l-ogħla rata ta’ mwiet mill-coronavirus ras għal ras fid-dinja. Fl-Iżvezja, aktar minn 4,400 persuna mietu filwaqt li fil-pajjiżi ġirien, in-Norveġja, id-Danimarka u l-Finlandja, l-ammont ta’ mwiet kien inqas minn 600.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Direttur tal-FBI Christoher Wray qal li l-operazzjonijiet ta’ serq ta’ intelligenġa u spjunaġġ mill-Gvern Ċiniż hu l-akbar thedddida għall-futur tal-Istati Uniti. Huwa qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem fl-Istitut ta’…

Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Aktar