L-iżvilupp tal-pipeline jikkwalifika għal fondi tal-Unjoni Ewropea

 

L-iżvilupp tal-pipeline ta’ 150 kilometru bejn Malta u Gela fi Sqallija ġie identifkat bħala l-proġett li se jgħaqqad lil Malta man-network Ewropew tad-distribuzzjoni tal-gass u għalhekk jista’ jikkwalifika għal fondi tal-Unjoni Ewropea.  Dan tħabbar fi Brussel mill-Kummissarju Ewropew tal-Enerġija, Gunther Oettinger, propju l-għada li tħabbar li l-proġett il-ġdid tal-Power Station tal-Gass ser ikollu faċilita’ fuq il-baħar għal ħażna tal-gass.
Ikkuntattjat minn TVM, l-Ministru tal-Energija Konrad Mizzi qal li l-gvern għadu jikkunsidra l-possibilta’ ta’ pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija. Qal li diġa ingħata l-kuntratt għal studju dwar il-vijabilta’ ta proġett bħal dan.  Dr Mizzi qal li l-applikazzjoni għal dal-proġett saret mill-gvern nazzjonalista iżda l-proġett qed ikompli jkun segwiet minn din l-amministrazzjoni għalkemm ma eskludiex li l-pjani oriġinali jistgħu jkunu emendati skont ir-riżultat tal-istudju tal-vijabilita’.
Il-Ministru Mizzi qal li l-gvern qed iħares lejn il-possibilta’ ta’ pipeline bħal din bħala proġett li ma jistax isir immedjatament iżda jista issir f’medda ta’ sitta jew seba’ snin oħra. Spjega li jekk eventwalment jinbena l-pipeline, jista’ faċilment jieħu post il-faċilitajiet fuq il-baħar li ser ikunu kuntrattati mill-konsorzju Eletrogas Malta.
Intant f’laqgħa mar-rappreżentanti tal-kunsill għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-Ministru Mizzi spjega l-miri u l-istrateġiji tal-gvern fil-qasam tal-enerġija.  Dr Mizzi spjega lill-isħab soċjali kif se jitwettqu l-progetti  fosthom l-għażla tal-konsorzju Electrogas Malta għall-bini u t-tħaddim tal-power station ġdida tal-gass u l-ftehim proviżorju maċ-China Power Investments biex tkun sieħeb strateġiku fl-Enemalta. Dr Mizzi qal li r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-impenn lejn diversifikazzjoni fil-provvista tal-enerġija huma prijoritajiet għal gvern kemm fl-immedjat u anki fuq medda ta’ snin.
Qal li l-ftehim maċ-Ċina huwa neċessita minħabba d-djun kbar li għandha li qal li qed irendu l-qagħda tagħha insostennibli u qed tiskredita r-reputazzjoni ta Malta fiċ-ċrieki internazzjonali.
Huwa qal li negozjati għal ftehim finali mal-kumpanija Ċiniza għandhom ikun konkluzi sa Marzu li ġej. Minn Marzu mistennija jorħsu wkoll il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar