Edukazzjoni
L-MCAST bi 8 korsijiet f’livell ta’ Masters f’oqsma meħtieġa għall-iżvilupp tal-pajjiż

L-MCAST se joffri tmien korsijiet fil-livell ta’ Masters f’oqsma identifikati bħala meħtieġa għall-iżvilupp tal-pajjiż. Biex ikun f’pożizzjoni joffri dawn il-korsijiet, il-kulleġġ se jġib lecturers minn barra minn Malta u investa f’faċilitajiet ġodda bi spiża ta’ tliet miljuni u tliet mitt elf Ewro, parti minnhom imħallsa minn fondi tal-Unjoni Ewropea.

Fis-sena akkademika li jmiss, il-Kulleġġ għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, se joffri tmien korsijiet fil-livell ta’ Masters. Id-Deputat Prinċipal responsabbli mir-riċerka u l-innovazzjoni, Alex Rizzo, qal li dawn il-korsijiet tfasslu wara riċerka dwar il-ħiliet li l-pajjiż jeħtieġ.

“Masters kollha ddisinjati għal skop ta’ sustainability biex inkunu sostenibbli fil-futur għal kif miexi l-pajjiż. Masters in IT and information system hemm components ta’ blockchain u cryptocurrencies. Masters in Lean Enterprise huwa fuq kunċetti ta’ lean efficiency fil-kumpanija, kif l-value added tkun għolja u l-ħela tkun ftit. Masters in Mechatronics fuq Artificial Intelligence.

Dr Rizzo qal li l-korsijiet se jsiru b’sistema innovattiva msejjħa blended learning, li biha 30 fil-mija tat-tagħlim se jkun online waqt li l-kumplament tat-tagħlim se jsir permezz ta’ lezzjonijiet nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt filgħodu. Żied li l-korsijiet se jkunu mifruxa fuq tliet snin.

Il-Prinċipal u Kap Eżekuttiv tal-kulleġġ, Joachim James Calleja, qal li fi studju li sar miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, fi żmien ħames snin oħra, żewġ terzi tal-Maltin se jkunu jeħtieġu degree biex jaħdmu f’Malta.

“Illum il-postijiet tax-xogħol kif taħdem u x’tagħmel jiddependi ħafna mit-tekonoloġija u ma jistax ikollok workforce b’saħħitha jekk ma jkollokx workforce edukata u l-edukazjoni mhux ta’ livell baxx biss imma ta’ livell għoli.”

Kompla li l-MCAST għaddej b’ħidma, fosthom b’investimenti u bi ftehim ma istituzzjonijiet internazzjonali, biex il-profil tal-kulleġġ ikompli jitjieb.

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li fondi Ewropej qed jgħinu biex l-MCAST tkun f’pożizzjoni toffri programmi li jwasslu għal degree f’livell ta’ Masters.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li l-akbar sfida fil-pajjiż hi kemm se jiżviluppa talenti, ħiliet u valuri tan-nies. Wissa li jekk Malta ma tħejjix ruħha biex ix-xogħol ta’ livell jittieħed mill-Maltin, dan se jittieħed mill-barranin li fi kliemu jkun ifisser telf tas-sovranità.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar